Patata mimlija bil-ġobon fil-forn

patata mimlija gobon

Ingredjenti

5 patatiet kbar

żejt taż-żebbuġa u bżar u melħ

400g tiġieġ msajjar u mqatta’ biċċiet

90g ġobon artab, kremuż

50g butir, mhux mill-friġġ

kuċċarina u nofs Worchestershire Sauce

200g ġobon Cheddar, maħkuk

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ/400˚F.

Aħsel u xxotta l-patata. Ogħrokom biż-żejtu roxx fuqhom ftit bżar u melħ. Taqqab il-patata b’furketta u geżwirhom fil-fojl. Aħmi fil-forn għal madwar siegħa sakemm jirtabu.

Meta l-patata ssir neħħi l-qalba u ħallatha mat-tiġieġ, il-ġobon, il-butir u l-Worchestershire Sauce.

Qassam it-taħlita fil-patata. Fil-wiċċ ferrex il-ġobon Cheddar u daħħal u saħħan fil-forn sakemm idum il-ġobon, madwar 3-4 minuti.

Servi sħan.