Patata maxx bil-pastard

Ingredjenti

500g patata mqaxxra u mqattgħa f’biċċiet żgħar

2 tazzi brodu tat-tiġieġa

pastarda ta’ qies medju

nofs kikkra ħalib

35g butir imrattab

nofs kikkra jogurt

bżar iswed u melħ għat-togħma

kuċċarina trab tat-tewm

ponta ta’ kuċċarina ta’ paprika

Metodu

Poġġi f’borma l-patata u l-brodu tat-tiġieġa u sajjar fuq nar baxx ħafna sakemm il-patata tibda tirtab. Żid il-fjuri tal-pastarda u sajjar sakemm tirtab mal-patata.

Żid il-ħalib, il-butir, il-jogurt, il-bżar iswed, it-trab tat-tewm, il-paprika u l-melħ.

Immaxxja kollox sakemm ikollok konsistenza kif tixtieq.

Kompli sajjar għal madwar 10 minuta tħawwad mill-ħin għall-ieħor.