Patata l-forn bit-tewm

Ingredjenti

1kg patata żgħira

3 mgħaref żejt taż-żebbuġa

6 rjus tat-tewm mgħaffġa

3 mgħaref tursin

1 kuċċarina melħ

nofs kuċċarina bżar iswed

Metodu

Saħħan il-foem għal 200˚Ċ/400˚F.

Aqsam il-patata fi tnejn u poġġi fil-bieqja li se tħawwad l-ingredjenti fiha.

Żid il-kumplament tal-ingredjenti u ħallat tajjeb sakemm jinksew tajjeb bit-taħlita.

Poġġi l-patata fuq tilar tal-forn u ifrixhom kemm tista’ minn xulxin.

Aħmi għal bejn 44-55 minuta sakemm tara li l-patata ħadet kulur dehbi. F’nofs is-sajran ħawwad il-patata biex issir minn kull naħa.

Jekk trid, qabel isservi, roxx ftit tursin fuq il-patata.