Patata l-forn bil-ġobon

Patata bil-ġobon

Ingredjenti

11-il patata ta’ daqs medju, imqaxxra u mqattgħa rqiqa

40g ilma

40g butir, imqatta’ f’biċċiet kwadri

1 basla kbira, isslajsjata

5 rjus tat-tewm, mitħuna

40g dqiq

1 kuċċarina melħ

1 kuċċarina bżar

nitfa cayenne pepper

2 tazzi brodu tat-tiġieġa

nofs tazza krema tal-ħalib

130g ġobon Gruyere

130g ġobon Cheddar

tursin imqatta’ rqiq

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ/400˚F.

Għalli l-patata sakemm kważi tirtab u ssir. Tgħallihiex għal kollox.

Aqli l-basla u t-tewm f’borma għal bejn 5-7 minuti. Ħawwad magħhom id-dqiq u l-ħwawar u bil-mod il-mod żid il-brodu tat-tiġieġa u l-krema. Saħħan sakemm jagħli u ħawwad fuq nar moderat sakemm tħoss li t-taħlita qed teħxien. Itfa’ l-ġobon u ħawwad sakemm idubu.

Neħħi l-patata mill-ilma u ħallatha bil-galbu maz-zalza tal-ġobon  biex ma tfarrakhiex. Ittrasferixxi kollox f’dixx tal-forn u aħmi fil-forn għal mawar 20 minuta sakemm il-wiċċ isir dehbi.

Qabel isservi roxx ftit tursin imqatta’ fil-wiċċ.