Patata chips bil-ġobon Cheddar fil-forn

Ingredjenti

45g butir

1 basla żgħira mqattgħa

1 bżaru aħdar imqatta’

130g dqiq

3 kikkri ħalib

1 zunnarija mħakka

130g ġobon Cheddar

bżar u melħ

1 pakkett patata chips crinkle iffriżat ta’ 900g

Metodu

Saħħan il-forn għal 190˚Ċ (375˚F).

F’borma saħħan il-butir fuq nar bati. Żid il-basla u l-bżaru aħdar. Sajjar sakemm jirtabu, xi 3-4 minuti.

Itfa’ d-dqiq u ħawwad u mbagħad ftit ftit żid il-ħalib. Saħħan sakemm it-taħlita tibda tagħli u wara naqqas is-sħana u kompli ħawwad sakemm it-taħlita tagħqad.

Żid iz-zunnarija, nofs il-ġobon, il-bżar u l-melħ. Ħawwad sakemm idub il-ġobon. Neħħi minn fuq in-nar.

Poġġi l-patata f’dixx tal-forn u ferrex fuqha t-taħlita tal-ġobon. Daħħal fil-forn għal 30 minuta u wara ferrex fil-wiċċ il-kumplament tal-ġobon. Kompli sajjar sakemm il-ġobon idub, xi 3 minuti oħra.