Patata bit-tadam imqadded

Ingredjenti

500g patata mqaxxra

10 tadamiet imqadded, imqatta’

2 rjus tat-tewm, mgħaffġa

185ml żejt taż-żebbuġa

1 mgħarfa ħall balsamiku jew ħall aħmar

ftit weraq tal-ħabaq, imqatta’ rqiq

Metodu

Poġġi t-tadam u t-tewm fi blender jew food processor u dawwar għal ftit sekondi. Waqt li l-magna tkun qed iddur ferragħ ż-żejt ftit ftit u  pproċessa sakemm it-taħlita teħxien. Żid il-ħall u l-ħabaq u aħdem għal ftit sekondi biex jitħalltu sew.

Għalli l-patata bħas-soltu. Ħalliha tibred ftit u wara roxx fuqha t-taħlita tat-tadam u ħawwad.

Tista’ sservi ma’ kull tip ta’ laħam u ħut.