Pasturi ta’ personalitajiet popolari

Wirja ta’ pasturi ta’ personalitajiet popolari mal-Maltin u l-Għawdxin maħduma mill-artist Michael Cutajar Zahra se tkun waħda mill-attrazzjonijiet waqt l-attività Magia di Natale li se ssir fil-Munxar f’Għawdex nhar l-14 u l-15 ta’ Diċembru.

L-artist Michael Cutajar Zahra

Dawn il-pasturi qabel kienu jiġu esebiti fil-Belt Vittorja però din is-sena l-unika ċans li wieħed jara dawn il-pasturi huwa proprju waqt din l-attività.

Apparti l-pasturi, se jkun hemm bosta attrazzjonijeit oħra waqt Magia di Natale. Dawn se jinkludu s-suq tradizzjonali tal-Milied b’diversi attrazzjonijiet u logħob b’xejn għat-tfal fli mkien ma’ korijiet u kantanti li se jkunu qed idoqqu live.

Fost dawk li se jkunu qed jagħtu sehimhom insibu l-korijiet Enkor u Gaulitanus, filwaqt li l-artisti li se jieħdu sehem huma Kurt Anthony u Ben Purplle.