Pastore lura fis-Serie A

L-Arġentin Javier Pastore, li kien qed jinteressa lil West Ham United, iddeċieda li jingħaqad mat-tim tas-Serie A Roma. Il-plejer ta’ 29 sena deher jasal fl-Ajruport ta’ Ciampino fejn numru ta’ partitarji laqgħuh b’ħafna ferħ.

Pastore huwa magħruf sew fis-Serie A wara li lagħab għal Palermo qabel iffirma ma’ Paris St-Germain fl-2011 għas-somma ta’ £37m. Il-midfielder lagħab iktar minn 250 logħba mal-iskwadra Franċiża iżda kellu rwol limitat matul l-aħħar staġun ta’ Unai Emery bħala kowċ.

S’issa d-direttur sportiv ta’ Roma Monchi kien attiv ħafna fis-suq tat-trasferimenti u diġà kkonkluda t-trasferimenti ta’ Justin Kuivert mingħand Ajax u Davide Santon mingħand Inter Milan filwaqt li Radja Nainggolan sar plejer ġdid tan-Nerazzuri.

Miġjub lilek minn Hublot