Pastor Amerikan jibqa’ miżmum taħt arrest fit-Turkija

Demiroren News Agency/DHA via REUTERS/File Photo

It-talba biex l-Pastor Kristjan Andrew Brunson mill-Amerika jingħata l-ħelsien mill-arrest ma ntlaqqatx mill-Qorti Torka. L-avukat ta’ Brunson qal li huma beħsiebhom jappellaw fil-Qorti Kostituzzjonali Torka la darba d-deċiżjoni tal-Qorti toħroġ bill-miktub.

Brunson jinsab fiċ-ċentru ta’ kontroversja li għaddejja bejn it-Turkija u l-Istati Uniti, liema kontroversja għenet biex il-Lira Torka tkompli titlef il-valur tagħha.

Il-Pastor tal-Knisja Evanġelista ilu jgħix it-Turkija għal dawn l-aħħar għoxrin sena. Huwa spiċċa arrestat fuq akkużi ta’ terroriżmu u li għen in-netwerk tal-għalliem Iżlamiku Fetullah Gulen li jgħix fl-Amerika. Skont it-Turkija, Gulen huwa l-moħħ wara l-kolp ta’ stat li falla ta’ Lulju 2016.

Brunson ilu arrestat f’daru għal 21 xahar. Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.

L-avukat tiegħu, Ismail Cem Halavurt, qal li jekk ma jirnexxilhomx mill-Qrati Torka qed jiġi kkunsidrat li japplikaw fil- Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.