Riċetta u ritratt ta’ Tanya Zammit
Ingredjenti
350g intrita
200gr zokkor
2 abjad tal-bajd
kuċċarina vanilla
ilma
Biex iżżejjen
icing sugar
rice paper
Metodu
Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien u żid ftit ilma biex tkun tista’ tagħmel blalen żgħar ftit ibsin. Poġġihom fuq ir-rice paper u aħmi għal 18-il minuta f’temperatura ta’ 160˚Ċ.
Meta jkunu saru u għadhom sħan aqta’ l-pastini mir-rice peper.
Fl-aħħar irrombla l-blalen minn fuq l-icing sugar.