Pastard fil-forn bit-tewm

Ingredjenti

2 mgħaref tewm midħun

3 mgħaref żejt taż-żebbuġa

pastarda kbira, separata fi fjuri

40g ġobon maħkuk

bżar u melħ

kuċċarina tursin imqatta’ rqiq

Metodu

Saħħan il-forn minn qabel għal 200˚Ċ.

Idlek dixx tal-forn bil-butir

Ħallat tajjeb it-tewm maż-żejt. Żid il-pastard u ħawwad tajjeb. Itfa’ fid-dixx tal-forn u roxx ftit bżar u melħ kemm tiggosta.

Aħmi għal 25 minuta. Wara ferrex il-ġobon maħkuk u t-tursin fil-wiċċ u kompli sajjar fil-forn għal 3-5 minuti sakemm tara li l-wiċċ isir dehbi.

Importanti li f’nofs is-sajran ħawwad il-ħaxix.