Passiġġier iweġġa’ meta jingħafas bejn żewġ xarabanks

Raġel jgħoddha b’waħda meta ħelisha b’ġrieħi ħfief wara inċident bejn żewġ xarabanks.

Ir-raġel ta’ 32 sena mill-Maċedonja, li joqgħod San Ġiljan, kien involut f’ inċident bejn żewġ xarabanks.

Il-ħabta bejn iż-żewġ xarabanks seħħet dalgħodu għall-ħabta tas-05.45pm fi Triq Ċensu Tabone San Ġiljan.

Ir-raġel mill-Maċedonja kien passiġġier fuq waħda mix-xarabanks u ttieħed l-isptar għall-kura fejn jirriżulta li sofra ġrieħi ħfief.