Passiġiera gravi wara ħabta f’crash barrier

Credit: Joseph Giordimaina

Read in English.

Tfajla ta’ 22 sena passiġiera f’karozza weġġgħet gravi meta l-karozza li kienet fiha daħlet ġo crash barrier f’Baħar iċ-Ċagħak.

Il-każ seħħ dalgħodu għal ħabta tas-1.45am meta ġuvni ta’ 23 sena minn Ta’ Xbiex tilef il-kontrol tal-vettura tiegħu u baqa’ dieħel ġo crash barrier fi Triq il-Kosta.

Fil-karozza miegħu, kellu passiġiera li soffriet ġrieħi gravi waqt li ż-żagħżugħ ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.