Passiġġieri jeħilsuha ħafif f’inċident f’Paceville

Grupp ta’ passiġġieri f’karrozza tal-linja jistgħu jgħodduha b’waħda meta ħabta ma’ vann tal-pastizzi setgħet kellha konsegwenzi aktar gravi.

L-inċident seħħ il-bieraħ għal ħabta ta’ 10.15 ta’ filgħaxija f’Triq San Ġorġ f’San Ġiljan viċin Paceville, fejn il-karozza tal-linja ħabtet ma’ vann u bl-impatt inkisret ħġieġa fuq tal-linja.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident tat-traffiku.

Filmat u ritratti fuq info@newsbook.com.mt