Passiġġiera żagħżugħa bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħ’Attard

Żagħżugħa li kienet passiġġiera f’karozza qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ fit-3:30am fi Triq l-Imdina.
Il-vettura kienet misjuqa iminn żagħżugħ ta’ 18-il sena li għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat mal-barriers.
Konsegwenza ta’ dan, iż-żagħżugħa qed issofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.