Persuna tweġġa’ wara li jiskidja l-mutur

Persuna fuq mutur qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, l-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7:30.
Il-persuna weġġgħet meta l-mutur li kienet fuqu skidja. Is-sewwieq tal-mutur ma sofra l-ebda ġrieħi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil mara Mater Dei.