Passiġġieri tal-Malaysia Airlines jeħilsuha ħafif

Ajruplan tal-Malaysia Airlines kien biss ftit sekondi ‘l bogħod milli jħalli r-runway meta kien ordnat jibqa’ l-art biex jevita ħabta ma’ ajruplan ieħor.
Il-vjaġġ MH136, b'167 passiġġier abbord, kellu jagħfas il-brejk wara li ġie avżat mit-Torri tal-Kontroll tal-ajruport ta' Adelaide fl-Awstralja, meta deher li ajruplan ieħor kien sejjer fid-direzzjoni tal-ajruport.
Ġimagħtejn ilu ajruplan tal-Malaysia Airlines b’295 passiġġiet abbord ikkraxxja fl-Ukraina. Hemm min qed jistaqsi jekk għandhiex tieqaf topera l-linja tal-ajru wara li minħabba n-numru ta’ inċidenti li kellha f’dawn l-aħħar xhur, l-ishma naqsu bi 11%,