Aġġornata: Ħames titjiriet tal-Air Malta se jittardjaw minħabba ta’ Munich

FILE PHOTO: Alison Galea Valletta / Air Malta

Aktar titjiriet tal-Air Malta ġew ittardjati minħabba d-dewmien f’żewġ titjiriet ta’ dalgħodu, dik minn Katanja u dik lejn Munich li damet ma telqet minn Malta erba’ sigħat wara l-ħin skedat.

  • KM466 – Malta lejn Pariġi (Orly) – Mistennija tittardja siegħa u nofs
  • KM106 – Malta lejn Londra (Heathrow) – Mistennija tittardja siegħa u 40 minuta
  • KM328 – Malta lejn Frankfurt – Mistennija tittardja siegħa u nofs
  • KM512 – Malta lejn Vjenna – Mistennija tittardja siegħa u kwart
  • KM102 – Malta lejn Londra (Heathrow) – Mistennija tittardja siegħa u 25 minuta

Passiġġiera tal-Air Malta frustrati minħabba aktar dewmien

Il-passiġġieri fuq it-tijira, li l-Air Malta kellha tagħmel dalgħodu minn Malta għal Munich, ittardjat b’aktar minn tliet sigħat wara li l-crew li kellu jopera din it-titjira qabeż il-limitu ta’ sigħat li jista’ jtir.

It-tijira kellha titlaq fid-8.45am iżda telqet fis-12.49pm, erba’ sigħat u erba’ minuti tard mill-ħin sekdat.

Passiġġiera li tkelmet ma’ Newsbook.com.mt qalet li kif waslu fil-Gate tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġew mgħarrfa li t-titjira tagħhom kienet se titardja b’45 minuta. Hija spjegat li dan kien aċċettabbli għalihom minħabba li anke linji tal-ajru oħrajn ikollhom dan it-tip ta’ dewmien.

Hija esprimiet il-frustrazzjoni tagħha billi kompliet tispjega li malli telgħu fuq l-ajruplan u ntwerew il-filmat tas-sigurtà, il-crew informa lill-passiġġieri li ma jistgħux itiru minħabba l-limitazzjonijiet tal-liġi fuq is-sigħat li jistgħu jaħdmu. Sostnew li jekk itiru jkunu qed jagħmlu dan illegalment.

Newsbook.com.mt għamel kuntatt mal-passiġġiera li kienet għadha fuq l-ajruplan wara li fuq Facebook kitbet hekk:

Kelliem għall-Air Malta kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li t-titjira kellha tittardja minħabba l-Flight Time Limitations, l-istess kawża li ġew magħrfa biha l-passiġġieri.

Spjega li minħabba diffikultà teknika fuq it-tijira minn Catania, kien hemm xi dewmien u għalhekk, l-istess crew li kellu jopera t-tijira minn Malta lejn Munich ma setax itir.

Mistoqsi minn Newsbook.com.mt biex jikkonferma li l-crew qed jaħdem fuq roster mimlija bi kważi l-limitu ta’ sigħat stabbilit fil-liġi, il-kelliem iġġustifika dan minħabba li qal li dan hu l-aktar perjodu mimli  tas-sajf u allura l-ħaddiema jaħdmu ħafna sigħat.

Mhux eskluż li aktar titjiriet tal-Air Malta jiġu ttardjati minħabba dan id-dewmien fiż-żewġ titjiriet ta’ dalgħodu.