Passiġġiera ta’ mutur l-isptar wara li waqgħet fil-bypass ta’ Birkirkara

Mara li kienet passiġġiera fuq mutur ittieħdet l-isptar wara li waqgħet fil-bypass ta’ Birkirkara.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-5 pm. Skont il-Pulizija l-libsa tal-mara nqabdet maċ-ċinga tal-mutur bil-konsegwenza li waqgħet. Il-mara mbagħad ittieħdet l-isptar.