Passiġġiera ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fir-Rabat

Mara li kienet passiġġiera fuq mutur qed issofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fir-Rabat, Malta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Ta’ Tampa meta l-mutur ħabat ma’ vann misjuq minn raġel ta’ 48 minn Ħaż-Żabbar.
Is-sewwieq ta’ mutur, li għandu 55 sena,  wkoll ittieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Kemm il-mara u anke s-sewwieq huma Franċiżi. Ix-xufier tal-vann ma sofra l-ebda ġrieħi.