Read in English.
Kmieni dalgħodu Bulgara ma riditx tilbes il-maska fuq titjira minn Malta lejn Katanja, bil-konsegwenza li l-ajruplan kellu jdawwar lura.
L-ajruplan kien diġà ħalla l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, meta l-mara, li kienet Malta fuq btala, baqgħet tinsisti li trid tibqa’ bla maskra.
Il-mara tressqet il-Qorti quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u ġiet ikkundannata sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn. Hija ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha.
Il-Maġistrat qaltilha li hija kienet ta’ periklu għas-sigurtà tal-passiġġieri fuq l-ajruplan minħabba l-pandemija tal-Covid-19.