Passiġġiera jibqgħu l-art minħabba li nstab serp fuq l-ajruplan

Mijiet ta’ passiġġiera spiċċaw baqgħu l-art jistennew wara li l-ajruplan li kellhom ikunu abbord tiegħu kellu serp.

Is-serp instab minn membri tal-ekwipaġġ tal-Qantas Jet. Abbord l-ajruplan li minn Sydney kellu jmur Tokyo, kien hemm is-serp ta’ tmien piedi.

Ir-rettili deher ftit ħin biss qabel ma bdew tilgħajn il-passiġġieri.

B’kollox, kien hemm mat-370 passiġġier li kellu jkun abbord it-titjira. Dawn kollha kellhom jibqgħu għal lejl ieħor f’Sydney.

Hu mifhum li s-serp spiċċa fuq l-ajruplan wara li l-istess Jet kien għadu kif wasal minn Singapore.