Passiġġiera gravi wara ħabta b’tal-linja f’San Ġiljan

Mara li kienet passiġġiera fuq tal-linja weġġgħet gravi wara li l-vettura kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan.
Fl-4:15pm, fi Triq Ġorġ Borg Ulivier, il-vettura tat-trasport pubbliku misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti San Pawl, ħabtet ma’ karozza li kienet sejra fl-istess direzzjoni, misjuqa minn mara ta’ 26 sena minn San Ġwann.
Minkejja li x-xufiera ma sofrew l-ebda ġrieħi, mara barranija ta’ 58 sena, residenti San Ġiljan weġġgħet gravi.
Ritratt: Google Street View