Passiġġier tal-MH17 kien liebes il-maskla tal-ossiġnu

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Olandiż Frans Timmermans qal li wieħed mill-298 persuni li sfaw mejta wara l-attakk fuq l-ajruplan tal-Malaysia Airlines meta kien għaddej minn fuq il-Lvant tal-Ukraina kien liebes magna tal-ossiġnu.
Din l-iskoperta wasslet għal dubji serji dwar it-teoriji li dawk kollha abbord mietu malli l-ajruplan intlaqat minn missila.
Rapport li ġie ppubblikat ix-xahar li għadda qal li MH17 inkiser f’nofs l-ajru meta ntlaqat minn “oġġetti” li “baqgħu diħlin fl-ajruplan b’veloċità għolja”.
Ir-ribelli m’ammettewx li sparaw fuq l-ajruplan.
Timmermans se jirreżenja mill-pożizzjoni ta’ Ministru għall-Affarijiet Barranin fiż-żmien li ġej sabiex jibda jokkupa l-pożizzjoni ta’ assistent tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker.