Passiġġier ta’ karozza l-isptar wara ħabta f’Santa Venera

Raġel ta’ 75 sena mill-Iklin li kien qiegħed passiġġier f’karozza weġġa’ ħafif meta l-karozza li kien fiha kienet involuta f’ħabta ma’ karozza oħra f’Santa Venera.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-2 pm fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Ir-raġel li ttieħed l-isptar kien qiegħed f’karozza misjuqa minn mara ta’ 72 sena mill-Iklin. Hi ħabtet ma’ karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 23 sena mill-Bormla.