Passiġġier miżmum fl-Ajruport

Uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta żammew passiġġier wara li fuqu nstabu €12,440 fi flus kontanti.
Il-passiġġier, li huwa ta’ nazzjonalità barranija, iżda b’permess ta’ residenza f’Malta, kien se jaqbad titjira lejn Istanbul.
Kif ġara f’każi simili, dan il-passiġġier ma ddikjarax li se jsiefer b’aktar minn €10,000 fuqu.
Id-Dwana fakkret li kull min se jsiefer minn jew lejn Malta, huwa obbligat li jiddikjara mad-Dwana jekk ikun se joħroġ u jdaħħal fil-pajjiż aktar minn €10,000 fi flus kontanti.