Passiġġier mhux komuni fuq ajruplan

Facebook - Takako Ogawa

Fenka li tagħti sapport emozzjonali lil sidtha ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta wara li siefret fuq bażi first class abbort il-linja tal-ajru United Airlines. It titjira kienet twila 11-il siegħa minn San Fransisco għal Ġappun.

Coco hija l-fenka li żgur qed tgħix l-aħjar żmien tagħha, grazzi għal sidtha Takako Ogawa. Hija kienet liebsa coff iswed u kellha postha ħdejn sidha fuq l-ajruplan. Hija ngħatat cushion u l-istaff għamel minn kollox biex Coco tkun komda. L-istaff biddel lil xulxin biex kollha jkollhom iċ-ċans li jiltaqgħu magħha.

Facebook – Takako Ogawa

Ogawa li bdiet taħdem fil-Ġappun spjegat li hija ddeċidiet li tieħu magħha lil Coco wara li mxiet minn San Fransisco għal Ġappun. Hija qalet li ma taħsibx li se tkun qed terġa’ tieħu lil Coco magħha meta ssiefer

Minkejja li din it-titjira saret fl-2018, fl-aħħar jiem daret id-dinja. Ogawa kienet sorpriża li Coco kisbet daqshekk popolarità.

Facebook – Takako Ogawa