Read in English.
Uffiċjali tad-Dwana mit-Tim ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus reġgħu għamlu sejba ta’ flus mhux iddikjarati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-uffiċjali kienu qed jagħmlu t-tfittxijiet fuq persuni li kienu qed jaslu Malta mit-Tuneżija ilbieraħ wara nofsinhar. Passiġġier partikolari kien qed iġorr fil-bagalja tiegħu €39,093 mhux iddikjarati.
Intant, il-flus iż-żejda ġew ikkonfiskati u l-passiġġier ġie arrestat sabiex ikun jista’ jgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.