Passiġġier jindarab ħafif f’inċident fil-Mosta

Żagħżugħ li kien riekeb f’karozza li ħabtet fi 3 karozzi pparkjati fil-Mosta weġġa’ ħafif.

L-inċident ġara lbieraħ fl-10.15pm fi Triq San Pawl tal-Qlejgħa, meta karozza għal xi raġuni ħabtet fi 3 karozzi pparkjati.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Mellieħa li kien riekeb fil-karozza ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.