Read in English.
Passiġġier li telaq minn Malta lejn Ċipru ġie eżaminat peress li kellu sintomi tal-coronavirus.
Il-ġurnal Ċiprijott Cyprus Mail irrapporta li mal-wasla tiegħu f’Paphos fil-11.05am, il-passiġġier deher li kellu d-deni.
L-ajruplan kellu abbord lil dan il-passiġġier u tnejn oħra, li kellhom ċertifikat mediku. Dawn it-tnejn tqiegħdu kwarantina għal 14-il jum.
Il-ġurnal jgħid li 112-il passiġġier telqu minn Paphos lejn Malta llum.
F’Ċipru hemm total ta’ 67 każ tal-coronavirus, filwaqt li f’Malta hawn 53.
Minn nhar is-Sibt li ġej, se jitwaqqfu t-titjiriet kollha minn u lejn Malta.
L-ajru jingħalaq
Sospiżi t-titjiriet lejn Malta mis-Sibt
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.