Passaport falz jibagħtu 4 snin ħabs

Raġel Albaniż ta’ 30 sena ingħata sentenza ta’ 18-il xhar ħabs sospiżi għal erba’ snin, hekk kif ammetta li hu ħati għall-akkuża li saritlu.

Huwa kien akkużat li vvjaġġa lejna Malta b’passaport falz.

Fi stqarrija lill-Pulizija, l-Albaniż qal li huwa vvjaġġa mill-Italja b’passaport Albaniż, u ltaqa’ ma persuna li tagħtu passaport falsifikat. Huwa qal ukoll li ġie Malta biex ikun jista’ jsiefer lejn l-Ingilterra.

Il-persuna li tagħtu l-passaport, tagħtu wkoll indirizz elettroniku ta’ persuna li kellu jkellem meta’ jasal l-Ingilterra.

Id-difiża argumentat li ma jagħmilx sens li l-Qorti tagħtih sentenza ta’ priġunerija f’Malta hekk kif l-akkużat se jiġi deportat.

Il-prosekuzzjoni, talbelt għal sentenza effettiva, hekk kif dan huwa t-tieni każ ta’ persuna li nqabdet tuża passaport falsifikat fl-aħħar erba’ t’ijiem. Qalet ukoll li din il-prattika m’għandiex titħalla ssir tendenza.