Pass pass mill-Għarb sa Birżebbuġa, u ġabru €3,000 għad-Dar tal-Providenza

Waqt l-attivita li ttellgħet nhar il-Ġimgħa li għaddew mill-gruppi Experience Adventures and More u Camini..amo 2017, inġabru €2,920 b’risq id-Dar tal-Providenza.
L-attività attirat 146 parteċipant li qasmu l-gżejjer Maltin bil-mixi.
Fis-sħana li għamlet il-Ġimgħa, dawn il-persuni mxewlha mill-Għarb sal-Imġarr, u miċ-Ċirkewwa sa Birżebbuġa, kollu għal għan nobbli.
Din kienet ir-raba’ edizzjoni ta’ din l-inizzjattiva.
Id-Dar tal-Providenza u l-organizzaturi rringrazzjaw lill-parteċipanti, kif ukoll lill-kontributuri talli għamlu din l-attività suċċess, fosthom il-Maltapost plc, Custo Coaches, V. Spiteri & Sons Ltd, General Soft Drinks Ltd., Go & Fun, Greens Supermarket u Easy Dry Malta.