Pass pass l-għeluq ta’ Valletta 2018

Fil-15 ta’ Diċembru se jsir l-għeluq uffiċjali ta’ Valletta 2018. Huwa mħeġġeġ biex min sejjer għal dawn l-attivitajiet juża t-trasport pubbliku u mezzi oħra ta’ trasport sostenibbli.

L-attivitajiet marbuta mal-għeluq uffiċjali ta’ Valletta 2018 se jilħqu l-qofol tagħhom mis-6.30pm ‘il quddiem ġewwa pjazza San Ġorġ. Tul dan l-avveniment se jittellgħu diversi rapreżentazzjonijiet mużikali live fuq il-palk prinċipali.

Fl-4.00pm se jkun hemm diversi installazjonijiet u rappreżentazzjonijiet madwar il-Belt. Dawn l-installazjonijiet se jinkludu Magna Żmien, żifna interattiva minn ŻfinMalta u diversi attivitajiet oħra.

Mill-4.00pm sas-1am il-karozzi tal-linja se jiżdiedu b’50%. Is-servizz tal-lift tal-Barrakka ta’ Fuq u Valletta Ferry Service se jkunu estiżi sas-1am wkoll.

Kull min jattendi jista’ jibbenefika minn rati speċjali meta juża mezzi ta’ trasport sostenibbli. Kull min se jagħmel użu min-Nextbike u Tallinja bikes se jkollu żewġ vjaġġi ta’ siegħa kull wieħed b’xejn billi juża l-kodiċi 863386.

Wieħed jista’ jagħfas hawn biex jara l-programm sħiħ tal-attivitajiet li se jsiru waqt dan l-avveniment.