Pass Pass għal Auschwitz

Mil-lejla fuq TVM fid-9.30pm se tixxandar mill-ġdid is-sensiela ta’ dokumentarji bl-isem ta’ Pass Pass għal Auschwitz tal-kumpanija Flash Productions, l-istess waħda wara programm oħra bħal Storjografija u 112.

Joe Dimech, jippreżenta dan il-programm li sar proprju mill-Polonja, fejn jitwasslu intervisti ma’ nies li għal xi żmien għexu f’Auschwitz. It-tim tal-programm mar ukoll fl-Ingilterra fejn hemmhekk iltaqgħu ma’ professuri li jgħallmu fuq l-Olokawst fl-Università ta’ Londra

Il-kamp ta’ konċentrazzjoni ta’ Auschwitz (Konzentrationslager Auschwitz) kien kumpless ta’ aktar minn 40 kamp ta’ konċentrazzjoni u sterminazzjoni mibnija u mħaddma mill-Ġermanja Nazista fil-Polonja okkupata matul it-Tieni Gwerra Dinjija u l-Olokawst.  Permezz ta’ din is-sensiela  naraw eżatt kif kienu mqassma dawn il-kampijiet.

Il-programm għandu kitba u produzzjoni ta’ Dixon Vella u Jonathan Farrugia, b’direzzjoni ta’ Jonathan Farrugia. It-traduzzjoni għal-lingwa Maltija saret minn Alexis Callus.