Pass eqreb lejn il-kura tal-malarja

Vaċċin għal kontra l-malarja qed juri l-ewwel sinjali pożittivi. Din it-tilqima, li għadha fl-ewwel stadji tagħha, ġiet ivvintata fl-Istati Uniti. Tentattiv minnhom wera’ li 12 minn ħmistax il-pazjent fiequ kompletament minn din il-marda, dan meta d-doża fil-vaċċin tkun qawwija.

Il-metodu wara din it-tilqima huwa pjuttost mhux tas-soltu. Dan hekk kif l-injezzjoni ddaħħal fil-bniedem il-parassita li jikkawża l-malarja stess biex jgħin fl-immunita tal-persuna kontra l-istess marda.

Skont Dr Robert Seder,li riċentament ippublika artiklu dwar il-malarja u dan il-vaċċin, il-pass li jmiss jinvolvi iktar esperimenti fuq numru ikbar ta’ pazjenti.