Pass eqreb biex Dun Mikiel Attard isir qaddis

Il-kawża tal-Beatifikazzjoni tal-qassis Għawdxi Dun Mikiel Attard imxiet pass ieħor hekk kif wasal fi tmiemu is-smigħ tax-xhieda mit-Tribunal Djoċesan.

F’avviż maħruġ mid-Djoċesi ta’ Għawdex, il-Kurja f’Għawdex ħaġġet lil dawk kollha li għadhom ma ressqux l-esperjenzi tagħhom dwar dan il-qassis jagħmlu dan sa mhux aktar tard mit-8 ta’ Novembru li ġej.

Id-Delegat tal-Isqof, Mons. Edward Xuereb u n-Nutar tal-każ Annunziata Grech huma responsabbli mis-smigħ tax-xhieda.

Kien f’Awwissu ta’ 4 snin ilu li l-Isqof ta’ Għawdex fetaħ uffiċjalment il-proċess tal-Kanonizzazzjoni tal-Qaddej ta’ Alla Dun Mikiel Attard b’inkjesta djoċesana.