Partners HealthCare International tingħaqad mal-konsorzju li se jmexxi t-3 sptarijiet

Partners HealthCare International ta’ Boston fl-Istati Uniti se tkun qed tikkollabora mal-konsorzju Vitals Global Healthcare Ltd, li se tkun qed tmexxi l-isptarijiet ta’ Għawdex, Karen Grech u San Luqa.
Il-ftehim tħabbar illejla mill-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi waqt laqgħa mis-sensiela Gvern li Jisma’, fejn spjega li din il-kollaborazzjoni se ssaħħaħ is-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni klinika f’Malta.
Żied jgħid li Partners HealthCare International se tiffoka l-ħidma tagħha fuq l-iżvilupp tal-kwalità klinika u s-sigurtà għall-pazjent. Mal-Bart’s Medical School f’Għawdex, se tkun qed tiżviluppa l-istrutturi u sistemi għall-edukazzjoni medika.
Il-Ministru qal li l-fundaturi tal-Partners HealthCare International huma l-ikbar żewġ sptarijiet affiljati mal-Harvard Medical School u li dejjem isibu posthom mal-aqwa sptarijiet.