Partiti taċ-Champions League llum u għada f’xandira diretta fuq it-TV

Wara li kellu jieqaf iċ-Champions League minħabba fil-pandemija tal-Covid-19, illum u għada Canale 5 se jkun qed ixandar b’mod dirett żewġ partiti minn dan il-kampjonat.

Il-Ġimgħa 7 ta’ Awwissu

Illejla fid-9pm fuq Canale 5 tixxandar il-partita Juventus – Lione b’kummentarju ta’ Pierluigi Pardo u Aldo Serena.

Is-Sibt 8 ta’ Awwissu

Għada fid-9pm fuq Canale 5, dejjem bil-kummentarju ta’ Pierluigi Pardo u Aldo Serena titwassal il-partita Barcellona – Napoli. Fl-intervall se jkunu qed jitwasslu wkoll siltiet mill-partita Monaco – Chelsea kif ukoll fl-istess serata, dejjem fuq Canale 5, se tkun qed issir analiżi fuq il-partiti tal-ġurnata ta’ qabel.