Partitarju ta’ Juventus projbit milli jattendi l-logħob

Ġie identifikat il-partitarju ta’ Juventus li nqabad fuq kamera iżeblaħ il-vittmi tat-traġedja ta’ Superga waqt id-derby ta’ Turin. L-inċident seħħ waqt il-logħba ta’ Juventus kontra Torino li spiċċat fi draw. Waħda mill-banners li kellhom Juventus kienet b’turija ta’ solidarjetà lejn ir-rivali tagħhom, hekk kif kien is-70 anniversarju mindu ajruplan li fuqu kellu t-tim ta’ Turin spiċċa ħabat u mietu kollha.

Wieħed mill-partitarji ġie maqbud fuq il-kamera jagħmel mossi u jimita ajruplan nieżel. Wara kampanja sħiħa fuq il-midja soċjali u appelli għal informazzjoni, il-partitarju ġie identifikat u Juventus ipprojbixxih milli jattendi għal aktar logħob ta’ Juventus.