Partitarju ta’ 10 snin isaqsi lil Klopp biex jieqfu jirbħu

Il-partitarji ta’ Liverpool qed jippreparaw għal ċelebrazzjoni kbira minħabba li t-tim jidher li se jirbaħ it-titlu wara 30 sena.

Iżda tifel ta’ 10 snin u li hu partitarju ta’ Manchester United qed jaħsibha mod ieħor. Jidher li mhux jiħodha sew din l-aħbar. Daragh Curley m’għoġbu xejn ix-xogħol. Hu ddeċieda li jagħmel dak li jista’ biex ma jarax lil Liverpool jerġgħu jirbħu logħba oħra. B’hekk kiteb ittra lill-maniġer ta’ Liverpool Jurgen Klopp fejn saqsih biex ma jirbħu qatt aktar!

Daragh kien sorpriż meta rċieva ittra lura mingħand Klopp. B’mod pulit il-maniġer ta’ Liverpool spjegalu kif ma jistax jagħmel dan iżda offrielu xi ftit kliem ta’ kuraġġ biex ma jaqtax qalbu għall-futur. Klopp spjegalu kif għalkemm Liverpool qed jiddominaw bħalissa, jeżisti ċiklu fil-futbol, li eventwalment se jwassal biex Liverpool ma jibqgħux jirbħu wkoll.

Klopp faħħar lit-tifel għall-passjoni li għandu. Hu qallu li United xortihom tajba li għandhom partitarju bħalu.