Partitarju ċkejken jibki bil-ferħ

Partitarju ta’ età żgħira beda jibki hekk kif iltaqa’ ma’ Lionel Messi fl-ajruport wara li l-Blaugrana rebħu bl-iskor ta’ 1-0 kontra Real Valladolid. L-istilla Arġentina, li huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers li qatt eżistew, iffirma fuq il-flokk tat-tifel u ħa ritratt miegħu.

Il-plejers ta’ Barcelona kkritikaw l-istat tal-grawnd ta’ Real Valladolid anke jekk irnexxilhom jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat grazzi għal gowl fit-tieni taqsima ta’ Ousmane Dembele. Real Vallodolid marru viċin li jiksbu d-draw iżda Keko, li poġġa l-ballun fix-xibka wara daqqa ta’ ras, kien jinsab f’pożizzjoni ta’ offside.