​Partitarji ta’ Arsenal iduru kontra Wenger

Is-sitwazzjoni ta’ Arsenal kompliet tieħu daqqa ‘l isfel wara t-telfa xejn mistennija kontra Watford bl-iskor ta’ 2-1.
Ħafna partitarji tal-Gunners reġgħu daru kontra l-kowċ Arsene Wenger filwaqt illi pprotestaw bdew ikantaw korijiet bħal “You don’t know what you’re doing” u “We want Wenger out!”
Wara serje ta’ rebħiet konsekuttivi, Arsenal intfew kompletament fil-logħba kontra Watford speċjalment wara li dawn tal-aħħar sabu l-gowl tar-rebħa.
Bħalissa t-tim minn Londra jinsab fis-sitt post tal-klassifika bi 13-il punt wara kulħadd lagħab tmien logħbiet.