Il-partitarji ta’ erba’ klabbs Ingliżi ġew imwissija li jekk ikun hemm xi nies li jippruvaw jaqilgħu l-inkwiet tul il-ħin li se jkunu fi triqithom għall-grawnds ta’ Londra se jittieħdu passi ħorox kontrihom. Il-British Transport Police qed jippreparaw ruħhom għal nhar il-Ħadd fejn mistenni li ħafna partitarji se jmorru fil-belt kapitali minħabba l-logħob tal-Premier League.
Il-partitarji ta’ Manchester United, Liverpool, Aston Villa u Wolves se jieqfu bil-ferrovija ġewwa Euston qabel ma jmorru lejn il-grawnds tat-timijiet avversarji tagħhom. Hu stmat li b’kollox se jinġabru mal 185,000 persuna.
United se jilagħbu kontra West Ham, Wolves kontra Crystal Palace, Villa kontra Arsenal u Chelsea kontra Liverpool.