Partitarji Laburisti jinġabru fil-Ħamrun

Aġġornat 09:00 AM

Partitarji Laburisti qed jinġabru quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, f’dimostrazzjoni ta’ appoġġ għal Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat hekk kif ġriet l-aħbar li Muscat mistenni jattendi għal-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista.

Dalgħodu waqt programm speċjali fuq One Radio, il-Prim Ministru kien ħabbar li l-Eżekuttiv mistenni jitlaqa’ illejla biex jiskatta l-proċess li permezz tiegħu għandu jinħatar Mexxej Laburista ġdid.

Il-Prim Ministru wasal fil-CNL ftit tal-ħin ilu fejn intlaqa’ b’ċapċip minn fost dawk preżenti.

F’punt minnhom, tim mediku mill-Isptar Mater Dei deher dieħel fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Għal mumenti, il-Prim Ministru Joseph Muscat deher joħroġ barra isellem lill-folla miġbura.

LIVE Il-Partitarji Laburisti jinġabru l-Ħamrun