Partitarji jinvadu l-grawnd f’logħba tal-kampjonat Tork

Derby jaħraq bejn Besiktas u Galatasaray kellu jiġi sospiż meta fit-93 minuta tkeċċa Felipe Meloe għat-tim ta' Galatasaray.

Dan neża' l-flokk u beda jurih lill-partitarji opposti.

Dawn irreagixxew bl-aħrax meta niżlu fil-grawnd armati bi bsaten u siġġijiet.

Dan ma kienx l-ewwel każ fejn partitarji Torok esprimew ir-rabja tagħhom b'dan il-mod. Sfortunatament dawn ix-xeni ma jseħħux biss fit-Turkija.