Partita missielta: Liverpool joħorġu rebbieħa

Liverpool irnexxielhom iżommu lil Red Bull Salzburg li ssieltu kemm felħu biex jirbħu. Liverpool reġgħu lura għar-rebħ b’logħba inkredibbli ġewwa Anfield.

Salzburg kienu qed jitilfu 3-0 sal-ewwel taqsima iżda ġġieldu biex ġabu d-draw fit-tieni taqsima. Kien Mohamed Salah li rnexxielu jsib il-lasta għar-raba’ darba għal Liverpool f’nofs triq mit-tieni taqsima.

Liverpool tilfu l-ewwel logħba tagħhom fil-ftuħ tal-kompetizzjoni kontra Napoli. Iżda bdew bit-tajjeb f’din it-tieni logħba mill-kompetizzjoni wara li Sadio Mane skurja fl-10 minuta. Wara waslu l-gowls ta’ Robertson u ta’ Salah.

Kollox deher li l-logħba spiċċat għaxar minuti qabel ma spiċċat l-ewwel taqsima. Iżda Salzburg irribattew l-ewwel bil-gowl ta’ Hwang Hee-chan. Warajh skurja Takumi Minamino, biex iż-żgħażugħ ta’ 18-il sena Erling Braut Haaland ġab il-gowl tad-draw.

Kellu jkun Salah li jiskurja r-raba’ gowl għal Liverpool biex b’hekk akkwistaw it-tliet punti.

Riżultati oħra:

Grupp E

Genk 0-0 Napoli

Grupp F

Slavia Prague 0-2 Borussia Dortmund

Barcelona 2-1 Inter

Grupp G

RasenBallsport Leipzig 0-2 Lyon

Zenit St. Pettersburg 3-1 Benfiak

Grupp H

Lille 1-2 Chelsea

Valencia 0-3 Ajax