ĊAJTA: Partit Politiku ieħor f’Malta, dak ta’ Lovin Malta

F’Malta għandha partit politiku ieħor, Lovin Malta, li fil-qosor se jibda’ jissejjaħ LM.
Is-sit li f’din l-aħħar sena sar tant popolari ħabbar li uffiċjalment irreġistra ruħu b’mod formali bħala partit politiku mal-Kummissjoni Elettorali.
Fi stqarrija qal li qed jagħmel dan biex ikun iktar effettiv fil-bidla li jista’ jġib f’Malta.
Sostna li l-ħames prinċipji tiegħu se jkunu l-innovazzjoni, it-trasparenza, il-libertà, il-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa.
Fil-manifest elettorali li ppubblika llum, LM niżżel 52 miżura li bi ħsiebu jwettaq jekk ikun elett, biex itejjeb il-ħajja taċ-ċittadini Malta.
Ippubblika wkoll lista ta’ billboards li qed jipproponi, li ġiet ippubblikata onlajn sabiex il-pubbliku jkun jista’ jivvota għal liem waħda hi dik favorita.