Partit Laburista fi Gvern lest jaħdem iktar mal-MUT

F’laqgħa mal-Unjin tal-Għalliema, il-Mexxej Laburista qal li jekk jitla’ fil-Gvern, se jkun qed jaħdem mill-qrib mal-Unjin għall-ġid tal-istudenti.

Il-Mexxej Laburista tkellem dwar il-ħtieġa ta’ aktar koperazzjoni mal-MUT biex il-problemi ż-żgħar ikunu solvuti mill-ewwel. Dr Muscat sostna li l-Partit Laburista niżżel fil-manifest elettorali uħud mill-proposti tal-Unjin u bi ħsiebu jwettaqhom.

Waqt il-laqgħa li saret fil-bini tal-MUT fil-Belt, Dr Muscat semma uħud mill-proposti fosthom li l-għalliema jingħataw leave bi ħlas biex ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw kif ukoll li l-għalliema m’għandhomx jitilfu l-anzjanità fis-salarji tagħhom meta jiċċaqalqu minn skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti.

Min-naħa tiegħu, il-President tal-MUT Kevin Bonello, iddikjara li l-Unjin hi lesta li taħdem ma’ kulħadd.