Partit Ġermaniż jappella lil Angela Merkel tirriżenja

Partit tal-lemin estrem Ġermaniż qed jappella lill-Kanċillier Angela Merkel biex tirriżenja, wara kritika qawwija għall-mod kif mxiet fil-kriżi tal-immigrazzjoni.
Il-partit ewroxettiku Alternattiva għall-Ġermanja (AfD) iddiskriva l-approwċ tagħha bħala wieħed li kkawża kaos fl-asil.
Waqt konforenza tal-partit tiegħu, il-ko-mexxej tal-AfD Frauke Petry qal li Merkel mhix konxja ta’ kemm-il immigrant se jasal il-Ġermanja. Sostna li dan imur kontra l-mandat tal-gvern u għaldqstant għandha tirriżenja.
Preżentament għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija biex ikun iffirmat ftehim li se jnaqqas l-ammont ta’ immigranti li jidħlu fl-UE.