Partijiet tal-Iskozja se jiffriżaw

Borra Uk
Joe Lester

Ħarġu twissijet tat-temp fl-Iskozja u bosta partijiet tat-Tramuntana fl-Ingilterra minħabba li bosta qegħdin ibassru silġ u borra għal dawn iż-żminijiet. L-uffiċċju meterjoloġiku qal li s-silġ se jkun mifrux madwar l-Iskozja u t-Tramuntana tal-Ingilterra sal-lejla. Wara li s-silġ u r-riħ jikkalma, mistenni li jiffriża l-ilma minħabba l-kesħa li hemm. F’ċertu postijiet mistennija jkun hemm bejn 1 ċentimetru u 3 ċentimetri ta’ silġ.

Qed jitbassar ukoll li nhar l-Erbgħa f’ċertu postijiet fl-Iskozja se tagħmel il-borra. Mistennija li tagħmel bejn 5 u 15-il ċentimetru u f’ċertu żoni tilħaq it-30 ċentimetru. Dan mistenni joħloq kumplikazzjonijiet biex in-nies jivvjaġġaw.

Fiċ-ċentru ta’ Spanja kien hemm ’il fuq minn 500 triq li tnaddfu mill-borra u ġew salvati madwar 1,500 persuna minħabba diffikultajiet li sabu.

Ksieħ mistenni fil-jiem li ġejjin
Ix-xitwa ġejja lura b’vendetta